ONE News jinsab infurmat li l-Prim Ministru Robert Abela, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci ffirmaw l-Avviż Legali emendat li barra tkun tista’ tneħħi l-maskra temporanjament biex tiekol, tixrob jew tpejjep barra.
Dan se jkun permess jekk tkun bilqiegħda iżda mhux miexi.
Dan l-Avviż Legali għandu jkun ippubblikat fil-ħarġa li jmiss tal-gazzetta tal-Gvern.