Iffirmat l-ewwel ftehim settorjali għall-ħaddiema li jaħdmu bħala medical physics fl-Isptar Mater Dei u l-Isptar tal-Onkoloġija.
Din hija speċjalità ġdida li jaħdmu fiha kull fejn ikun hemm bzonn is-servizz tar-radjazzjoni medika u radjoterapija fid-Dipartiment tal-Onkoloġija, fejn jagħtu u jaraw kemm għandu bżonn raġġi pazjent marid bil-kanċer. Jaħdmu wkoll fejn jidħol il-makkinarju biex jagħtu servizz eċċellenti lill-pazjenti.
Wara numru ta’ diskussjonijiet, il-Ministeru għas-saħħa u l-Unjin Ħaddiema Maqgħudin, iffirmaw għall-ewwel darba ftehim settorjali li minnu se jibbenefikaw tmintax-il ħaddiem.
Ftehim li se jgħinhom javvanzaw fil-karriera tagħhom u jħajjar aktar zgħazagħ jidħlu f’din il-karriera.
Il-Kap Eekuttiv tal-UHM Josef Vella qal li huwa sodisfatt kif imxew in-negozjati mal-Gvern u tkellem dwar l-importanza ta’ dan il-ftehim li minnu se jibbenefikaw dawn il-ħaddiema.
“Ovjament kuntent li għamilna ftehim, għalqnieh u kuntent li wasal s’hawn,” qal is-Sur Vella.
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ghas-saħħa Chris Fearne qal li apparti dan il-ftehim settorjali, numru ta’ haddiema ntbaghtu għal tahrig barra minn malta.
“Iva f’dawn l-aħħar snin bdejna taħriġ fejn jidhol il-kanċer u iva b’dan il-ftehim se jkun hemm career pathway,” sostna l-Ministru Fearne.
Il-Ministru Fearne ta ħajr lil dawn il-professjonisti ghad-dedikazzjoni taghhom u li dejjem joffru servizz eċċellenti lill-pazjenti.