Il-Gvern u l-Unjin Ħaddiema Magħqudin iffirmaw ftehim settorjali ġdid għall-uffiċjali tas-saħħa ambjentali.
Fi stqarrija, il-Ministeru għas-Saħħa qal li dan il-ftehim jinkludi żieda fis-salarju kif ukoll titjib fil-progressjoni tal-karriera ta’ dawn l-uffiċjali.
Minn dan il-ftehim se jgawdu 120 ħaddiem f’livelli differenti u se jidħol fis-seħħ b’lura mill-1 ta’ Jannar 2019
Il-Ministeru għas-Saħħa rringrazzja lill-uffiċjali tas-saħħa ambjentali, għax-xogħol siewi tagħhom.