Tnejn u tmenin ħaddiem li jaħdmu fil-klassi xjentifika fis-settur pubbliku se jibbenfikaw minn kundizzjonijiet aħjar wara ftehim milħuq bejn il-Gvern u l-Union Ħaddiema Maqgħudin.
Dawn il-ħaddiema jaħdmu fid-Dipartiment tas-Saħħa, fid-Dipartiment tal-Agrikultura u l-Ministeru ta’ Għawdex
Fil-fatt, fid-Dipartiment tas-Saħħa fost oħrajn hemm erbgħa persuni li jħaddmu l-magni tal-operazzjonijiet tal-qalb meta jsiru l-operazzjonijiet tal-bypass u ħdax-il persuna jaraw pazjenti li jbatu mid-dijabete fl-isptar Mater Dei u f’Monte Karmeli.
Dawn il-ħaddiema se jaraw titjieb fil-kundizzjonijiet tagħhom fosthom żieda fil-paga u l-benefiċċji u opportunitajiet ta’ taħriġ. Bil-ttehim il-ġdid se jkunu rikonoxxuti wkoll is-snin ta’ servizz ta’ kull uffiċjal.
Fl-iffirmar tal-ftehim, Jesmond Bonello mill-Union Ħaddiema Maqgħudin esprima s-sodisfazzjoni tiegħu għall-mod kifi l-gvern ħadem mal-Union biex ittejjeb il-kundizzjonijiet tal-ħaddiema.
“Aħna ħdimna maż-żewġ ministeri u b’rieda tajba wasalna għal agreement tajjeb għal dawn il-ħaddiema.”
Id-deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne qal li fid-dipartiment tas-saħħa jaħdmu aktar minn disat elef impjegat, iżda huma erbgħa biss li jħaddmu apparat speċifiku waqt l-operazzjonijiet tal-qalb u li mingħajrhom ma tista’ ssir ebda operazzjoni ta’ din ix-xorta. Sosnta li wara aktar minn ħamsa u għoxrin sena, dawn il-ħaddiema tal-klassi xjentifika għandhom kundizzjonijiet aħjar.
“Qeghdin joffru servizz , illum wara 25 sena qegħdin intejbu l-kundizzjonijiet tagħhom biex igawdu huma”
Il-Ministru għall-ambjent Jose Herrera qal li dan il-ftehim kollettiv, b’pagi aħjar, jista jħajjar aktar persuni sabiex jidħlu jaħdmu bħala xjentisti fis-settur pubbliku.
” l-akwakultura fis-sesmoloġija u ġeoloġija, F’ambjent Malta għandi bzonn in nies specjalizzati imma mhux dejjem facli isibhom. Dan il-ftehim iħajjar nies jiġuu jaħdmu mal-gvern għax fis-settur privat għandhom aktar paga.”