Il-ħaddiema tal-MCAST se jgawdu minn ftehim kollettiv ġdid.
Dan wara li wara sena u nofs ta’ taħdidiet intlaħaq ftehim dwar il-kundizzjonijiet ta’ xogħol ta’ għadd ta’ persuni fl-MCAST. Liema grupp fih aktar minn 500 persuna.
Fost oħrajn dawn se jgawdu minn pagi aħjar u minn titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.