Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ffirmat Ftehim Kollettiv ġdid mal-Union tal-Professjonisti tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma sas-2028. Il-ftehim seħħ wara diskussjonijiet estensivi u konsultazzjonijiet bejn il-WSC u l-Unjoni.
Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma tħaddem tim ta’ 111-il professjonist full-time.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Karl Cilia, qal kif dan il-ftehim sar sforz l-impenn kontinwu tal-kumpanija biex jitjiebu s-servizzi tal-ilma f’pajjiżna. Huwa sostna li x-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tal-istaff huwa dejjem apprezzat mill-kumpanija.
Il-President tal-Union Trevor Giles Chircop Bray, spjega li l-ftehim Kollettiv ifisser pass progressiv għall-membri kollha u jassigura ambjent tax-xogħol li jwassal, mhux biss igawdu il-professjonisti, iżda fl-istess waqt tiżdied il-kwalità tas-servizz provdut lill-pubbliku.