Illejla f’Kartaġni, fit-Tuneżija, ġie ffirmat ftehim importanti bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija.
Dan il-ftehim li qed ikun meqjus bħala pakkett ta’ għajnuna finanzjarja ta’ €255 miljun, li huma msejjes fuq ħames pillastri, fosthom fil-qasam tal-immigrazzjoni, fil-qasam tal-enerġija, waqt li tissaħħaħ l-ekonomija f’dan il-pajjiż fin-naħa ta’ fuq tal-Afrika.
Dan il-ftehim importanti bejn l-Unjoni Ewropea u t-Tuneżija ġie ffirmat mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, il-Prim Ministru Taljana Giorgia Meloni, il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte u l-President Tuneżin Kais Saied.
Dan il-ftehim bejn iż-żewġ naħat seħħ wara li x-xahar li għadda kien hemm laqgħat fit-Tuneżija bejn l-istess mexxejja.
Dan il-ftehim bejn iż-żewġ naħat seħħ wara li t-Tnejn li għadda, il-Prim Ministru Malti Robert Abela żar ukoll it-Tuneżija.
Hawnhekk il-Prim Ministru Abela kellu laqgħat mal-President Tuneżin Kais Saied u l-Prim Ministru ta’ dan il-pajjiż Nalja Bouden.
F’kummenti wara dawn il-laqgħat fil-pajjiż ġar tagħna, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li Malta u t-Tuneżija għandhom numru ta’ opportunitajiet fejn jimirħu, partikolarment fis-settur tal-enerġija.
Ftit tal-ġimgħat ilu, il-Prim Ministru Malti żar il-Libja, fejn hawnhekk ġie ffirmat ftehim biex fiż-żmien li ġej isir interconnector bi provvista ta’ enerġija rinovabbli.
AQRA AKTAR: