Il-President’s Trust stabbilixiet relazzjoni ta’ kollaborazzjoni ma’ Fondazione Terzo Pilastro – Italia e Mediterraneo, dan bil-għan li permezz tal-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding se jkunu qed jikkolaboraw fuq proġetti filantropiċi li jiffokaw fuq persuni vulnerabbli.
Din tal-aħħar twaqqfet f’Awissu tal-2014 bil-għan li tiffaċilità u ttejjeb il-ħidma tal-organizazzjonijiet fis-settur non-profit billi jippremjaw proġetti fl-oqsma tas-saħħa, riċerka xjentifika, l-edukazzjoni u l-kultura, mhux biss fl-Italja imma wkoll fir-reġjun Mediterranju.
Iż-żewġ naħat iffirmaw Memorandum of Understanding bil-għan li jokkolaboraw fuq proġetti filantropiċi, kulturali f’Malta. Proġetti bħal dawn mistennija jiffukaw partikolarment fuq persuni vulnerabbli.
Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca qalet li dan l-MOU jirrifletti r-relazzjoni ta’ bejn iż-żewġ pajjiżi li din hija inizjattiva pożittiva li turi li ċ-ċittadini huma fil-qalba mhux biss taż-żewġ pajjiżi imma wkoll tar-reġjun Meditarranju.
Il-President’s Trust hi entità li taspira li tgħin u toħloq inizjattivi li joffru lill-persuni vulnerabbli l-ħiliet u l-kunfidenza biex jgħelbu l-isfidi li jkunu qed jaffaċċjaw.