Ġie ffirmat ftehim bejn il-BICC, l-Awtorità għat-Turiżmu l-MTA u l-Assoċjazzjoni Maltija tal-izviluppaturi l-MDA għal skema b’rabta mal-kostruzzjoni magħrufa bħala l-Considerate Construction Scheme.
Din l-iskema ilha titħaddem f’Londra l-Ingilterra se tibda tiġi implimentata f’pajjiżna wkoll. Din l-Iskema, li għalissa se tkun fuq bażi volontarja, se tfisser li kull kuntrattur li jkun membru f’din l-iskema se jkollu obligi li jħares l-ambjent li jkun qed isiru x-xoghlijiet fih, ir-residenti tal-madwar kif ukoll is-saħħa u s-sigurtà għall-ħaddiema. Dan se jkun ifisser timbru ta’ kwalità ogħla fix-xogħlijiet tal-kostruzzjoni.
Il-Gvern ilu għal dawn l-aħħar tmintax-il xahar f’konsultazzjonijiet mal-considerate construction scheme fl-Ingilterra biex Malta timxi bl-istess mudell.
F’konfernza stampa fi Triq Bisazza, Tas-Sliema, il-Ministru Konrad Mizzi semma kif din l-iskema hija pass ‘il quddiem għall-iżvilupp Malti.
Il-Ministru Ian Borg semma kif fi ftit taż-żmien ieħor il-Gvern se jħabbar awtorità li se tkun qed taħdem biex tara li r-regoli għal kostruzzjoni jiġu modernizzati filwaqt li tkun qed tagħmel sorveljanza fis-siti ta’ kostruzzjoni.
Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius qal li issa jinhass il-bżonn ta’ din l-aġenzija hekk kif l-iżvilupp kiber u b’hekk ikun hawn aktar kontroll f’dan is-settur.
F’l-aħħarnert, Sandro Chetcuti qal li l-MDA tilqa din l-iskema b’sodisfazzjon. Semma kif huwa importanti l-bilanċ bejn ix-xogħol tal-kostruzzjoni u l-ħin tal-mistrieħ għar-residenti ta’ fejn ikun qed isir ix-xogħol. Huwa semma wkoll kif permezz ta’ din l-iskema l-iżviluppatur ikun obbligat li jagħmel ilqugħ aktar sigur u isbaħ li ma jkerrahx l-ambjent.