B’investiment ta’ €1,400,000, illum kien iffirmat ftehim bejn il-Gvern u l-Fondazzjoni Nazareth.
Din tilqa’ fi ħdanha 28 resident u b’dan il-ftehim, li jkopri kuntratt ta’ tliet snin, l-amministraturi tagħha se jingħataw serħan il-moħħ mill-aspett finanzjarju.
Sostnuta minn għajnuna u servizzi ta’ 24 carer, din il-Fondazzjoni għandha tlett idjar li fihom jingħataw servizzi skont il-bżonnijiet tar-residenti.
Is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana fissret dan il-pass bħala wieħed kruċjali dan biex Fondazzjoni Nazareth ma tibqax tiddependi biss mill-ftit fondi li jingħataw l-għaqdiet jew li jinġabru mill-pubbliku, iżda jkollha sens ta’ serħan il-moħħ li għandha ammont ta’ fondi disponibbli.
Qabel l-iffirmar tal-ftehim, kien spjegat li kuntratt ta’ dan it-tip kien ilu jintalab is-snin, iżda kien biss issa taħt din l-amministrazzjoni li ttiehdet azzjoni u se jingħata serħan il-moħħ li għat-tliet snin li ġejjin se jkun hemm il-fondi disponibbli.