Id-Dipartiment tas-Saħħa Primarja u l-Kunsilli Lokali ffirmaw ftehim sabiex tkompli tissaħħaħ il-kura fil-komunità. Il-Ministru tas-saħħa Chris Fearne sostna li l-maġġoranza tal-kura għandha tingħata fil-komunità u mhux fi sptar.
Għalekk Mr Fearne spjega kif il-Gvern se jgħaddi l-manutenzjoni tal-bereġ għand il-Kunsilli Lokali. Il-Ministru qal li se jkun qed isir refurbishment sħiħ fil-Bereġ kollha. Permezz ta’ dan il-ftehim, Il-Kunsilli ntrabtu li jżommu dawn il-bereġ fi stat tajjeb għall-eluf ta’ persuni li jirċievu servizzi minn fihom.
Il-Ministru qal li ta kull sena aktar minn mitejn elf pazjent jagħmlu użu mic ċentri tas-saħħa madwar il-gżejjer Maltin. Ix-xogħol li se jsir bi spejjeż tad-Dipartiment tas-saħħa se jibda jiġi koordinat mill-Kunsilli Lokali mistenni jibda fil-ġimgħat li ġejjin