Malta u l-Albanija għadhom kemm iffirmaw memorandum of understanding bejn iż-żewġ kmamar tal-kummerċ liema ftehim ser jiffaċilità aktar in-negozju bejn l-imprendituri Maltin u l-Albaniżi.
Il-Viċi President tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija Andrew Mamo spjega l-benefiċċju li ġab miegħu dan il-ftehim li ġie ffirmat fil-Palazz ta’ San Anton Ħ’Attard.
Il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca fissret dan il-ftehim bejn pajjiżna u l-Abanija bħala wieħed li ser isaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ stati u li fl-istess waqt ser iġib miegħu sens ta’ inklużjoni bejn negozji żgħar u medji ma’ dawk li huma mifruxa fuq skala ikbar.
Fid-diskors tagħha, il-President semmiet kif ir-ritmu mgħaġġel li biha qed tikber l-ekonomija Maltija qed joffri aktar opportunitajiet lin-negozji f’Malta sabiex jespandu l-operat tagħhom lil’hinn minn xtutna. Hija semmiet kif kwart mit-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna ġej minn investiment barrani.