Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Tekonoloġija u Crane Currency iffirmaw fethim ta’ kollaborazzjoni fil-preżenza tal-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u lntrapriżi Żgħar Chris Cardona.
Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Tekonoloġija u Crane Currency se jkunu qed jikkollaboraw fit-taħriġ neċessarju u jipprovdu ħaddiema sabiex tintlaħaq id-domanda li se tkun qed toħloq din il-kumpanija. B’hekk ikun hemm it-taħriġ u l-opportunitajiet għall-apprentistat mal-istess kumpanija.
L-MCAST se tkun qed tiprovdi l-assistenza sabiex tiżviluppa, tagħti l-akkreditazzjoni kif ukoll toffri l-korsijiet u programmi ta’ stampar sigur u manifatturar t’eċċellenza.
L-MoU ffirmat minn Dr Silvio De Bono, l-President tal-Bord ta’ Governanza tal-MCAST u s-Sur Scott Smitt, il-Viċi President tar-Riżorsi Umani ta’ Crane Currency fil-preżenza tal-Minsitru għall-Edukazzjoni u l-Impjieg Evarist Bartolo u –Ministru għall-Ekonomija, Investiment u lntrapriżi Żgħar Chris Cardona.