Il-letturi tal-MCAST se jikkollaboraw ma’ letturi tal-Istitut għall-Edukazzjoni fl-iżvilupp u wkoll tagħlim ta’ diversi suġġetti vokazzjonali.
Dan permezz ta’ ftehim iffirmat mill-Istitut tal-Edukazzjoni u l-MCAST, li se jara li l-Istitut għall-Edukazzjoni jrawwem edukaturi fis-suġġetti vokazzjonali b’taħriġ u korsijiet appsota għalihom. Dan se jgħin ukoll biex ikollna aktar edukaturi b’kompetenzi meħtieġa f’dawn is-suġġetti.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet kif il-prijorità tal-Gvern huwa li jsir taħriġ kontinwu fuq bażi professjonali.
Hija qalet, “Prijorità għall-Ministeru tal-Edukazzjoni huwa t-taħriġ kontinwu fuq bażi professjonali u għalhekk il-ftehim li ntlaħaq illum bejn l-Istitut għall-Edukazzjoni u l-MCAST, biex iż-żewġ entitajiet flimkien jikkumplimentaw flimkien it-taħriġ li jingħata lill-għalliema tagħna.
Il-ftehim kien iffirmat minn Joanne Grima għall-Istitut għall-Edukazzjoni u l-Professur Joachim James Calleja għall-MCAST.