Ġie ffirmat ftehim bejn il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika u l-Komunità Karmelitana tal-Belt Valletta sabiex il-Bażilika Santwarju tal-Madonna tal-Karmnu tingħata €30,000 fuq perjodu ta’ tliet snin biex l-istess komunità tibqa’ tixgħel il-koppla tal-imsemmija knisja kuljum, matul il-lejl.
Dan l-investiment qiegħed isir bil-għan li jkompli jissaħħaħ il-prodott turistiku fuq attrazzjoni li hija tant popolari f’reklamar u mezzi oħrajn li jirreklemaw il-Malta u b’mod partikolari l-Belt Valletta.
Dan il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Anthony Gatt u l-Pirjol Patri Alex Scerri f’isem il-komunità Karmelitana fil-preżenza tal-Ministru għat-Turiżmu u l-Indafa Pubblika Clayton Bartolo flimkien mas-Sindku tal-Belt Valletta Alfred Zammit.