Malta tinsab fil-quċċata f’dak li għandu x’jaqsam mat-teknoloġija u l-innovazzjoni dan hekk kif għadu kemm ġie ffirmat il-Memorandum of Understanding bejn il-Gvern Malti u l-kumpanija Microsoft.
Dan il-Memorandum of Understanding ġie ffirmat mis-Segretarju Parlamentari għall-Innovazzjoni u t-Tekonoloġija Diġitali Silvio Schembri flimkien mal-General Manager tal-Kumpanija Microsoft Peggy Antonaku fil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat.
Fid-diskors tiegħu, Joseph Muscat qal li da nil-ftehim ser ikompli jwitti t-triq għall-pajjiżna sabiex ngħixu f’Malta Diġitali. Il-Prim Ministru indika li da nil-Memorandum jinkludi t-tfassil kif ukoll it-twettiq ta’ programmi li ser iamalgamaw it-teknoloġija diġitali kemm fil-gvern, fin-negozji kif ukoll fiċ-ċittadini. Dawn il-programmi ser joffru l-opportunita’ li jippromwovu ‘start-ups kif ukoll ser ikunu ta’ għajnuna lin-negozji sabiex dawn ikomplu jikbru u jinfirxu internazzjonalment. Ma jistax jonqos, li programmi ta’ dawn it-tip ser ikunu ta’ għodda sabiex jitnedew negożji ġodda. Permezz ta’ dawn il-programmi ser ikunu studjati l-possibiltajiet li jiġu addottati teknoloġiji ġodda li ser ikunu ntrodotti fis-settur pubbliku.
Preżentament, Malta diġà hija kklasifikata bħala l-aqwa fl-Ewropa sabiex toffri servizzi diġitali pubbliċi u permezz ta’ da nil-Memorandum of Understanding il-poplu Malti huwa fiċ-ċans li jilħaq il-miri stabbiliti fl-Istrateġija Nazzjonali Diġitali 2014-2020.