Ftehim bejn id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Università ta’ Malta se jwassal sabiex ikun hemm proġetti aktar sostenibbli u infrastruttura aktar ħadranija.
Preżenti għalll-iffirmar tal-ftehim kien hemm il-Ministri Ian Borg u Justyne Caruana li saħqu li dan il-ftehim mhuwiex l-ewwel wieħed.
Il-Ministru Ian Borg qal kif id-Dipartiment qed jagħmel diversi xogħlijiet fil-pajjiż, fosthom dak tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali.
Il-Ministru Justyne Caruana tkellmet kif ftehim bħal dan qed iwassal biex l-istudent ikollu tranżizzjoni mingħajr xkiel minn fuq il-bank tal-istudju għal fuq il-bank tax-xogħol.