Nhar is-Sibt 13 ta’ April, il-President Emeritus Marie-Louise Colerio Preca se tkun fil-ħanut tal-Aġenda għand il-Pavi fil-11:00 a.m. biex tiffirma kopji tal-ktieb Marie-Louise Colerio Preca Bejn Storja u Miti.
Il-ktieb hu ppubblika minn Horizons u editjat minn Sergio Grech.
Fil-ktieb dwar Colerio-Preca qed jieħdu sehem diversi kontributuri fosthom il-Prim Ministru Joseph Muscat, l-Arċisqof Charles J. Scicluna, l-Isqof Mario Grech, l-Arċisqof George Frendo, il-Prim Ministru Emeritus Karmenu Mifsud Bonnici, il-Prim Ministru Emeritus Lawrence Gonzi, is-Segretarju Parlamentari Chris Agius, il-President Emeritus Ugo Mifsud Bonnici, l-Eks Ministru Louis Galea, Dr Maria Pisani, l-MEP Alfred Sant, Patri Dijonisju Mintoff, l-Ispeaker Emeritus Anton Tabone, l-Aġent President Dolores Cristina, il-Professur Andrew Azzopardi, il-Professur Carmel Borg, Dr Marie Briguglio, Dr Simon Mercieca, il-Professur Carmen Sammut, Dr Marceline Naudi, l-imprenditur Michael Bianchi, il-Professur Stephen C. Calleya, il-Professur Kevin Aquilina, Dr Ruth Farrugia, Sammy Meilaq, l-Eks Kummissarju Għoli għall-Ingilterra Richard A. Matrenza, Helga Ellul u oħrajn. Ma jonqsux ukoll kontributuri internazzjonali fosthom l-Eks President tal-Kosovo. Fost il-kontributuri mary Rose Portelli – għalliema tal-Eks President fil-primarja.
Fuq kollox il-ktieb fih kontribut mill-għaxar President tar-Repubblika t-Tabib George W. Vella fejn anki joffri analiżi tas-snin 80 – snin diffiċli fl-istorja politika Maltija. Fil-ktieb hemm ukoll id-diskorsi li l-Eċċellenza Tagħha għamlet f’Jum ir-Repubblika matul il-mandat tagħha.
Fil-jiem ta’ wara l-ktieb ikun għall-bejgħ mil-libreriji ewlenin.