Raġel ta’ 23 sena mill-Gana ngħata sentenza sospiża wara li pprova jidħol Malta b’passaport falz.
Huwa kien arrestat is-Sibt ftit wara li wasal Malta minn Ruma b’titjira tal-Air Malta.
Jidher li huwa ffalsifika passaport Taljan biex jidħol Malta u lill-pulizija qalilhom li ġie Malta biex ifittex xogħol.
Minkejja li kkoopera mal-pulizija, ma semmiex ismijiet meta kien mistoqsi kif ġab il-passaport falz.
Ammetta li hu ħati u qal li jrid jirritorna l-Gana.
Il-Maġistrat tatu sentenza ta’ tnax-il xahar priġunerija sospiżi għal sentejn.