F’Dar il-Providenza ttella’ dramm bl-isem tal-Presepju tan-Nannu, bl-għan ewlieni jkun li fi żmien il-Milied jkun hemm inklużjoni bejn persuni b’diżabilitá u l-pubbliku flimkien ma’ atturi oħra stabbilliti fosthom l-attur veteran Joe Borg.
F’dan id-dramm ħadu sehem ukoll żewġt itfal, Amy Camilleri u Nathaniel Attard, li għal darb’oħra offrew il-ħin tagħhom volontarjament biex jieħdu sehem u jferrħu lil persuni b’diżabilitá f’ dan iż-żmien ta’ festi.
Wieħed japprezza l-ħin li dawn l-atturi offrew għad-Dar tal-Providenza, u li fl-għaqda tal-Milied għażlu li jferrħu lil dawn il-persuni u jużaw ħinhom għal għan nobbli.