L-awtoritajiet Ċiniżi rrappurtaw 139 każ ġdid ta’ virus misterjuż f’jumejn.
Il-każijiet ġodda ġew irrappurtati fl-ibliet ta’ Wuhan, Beijing u Shenzhen, biex l-infezzjoni jidher li nxterdet ’il barra mill-belt ta’ Wuhan fejn huwa maħsub li oriġinat.
L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa qalet li n-numru ta’ każijiet qed jiżdied minħabba li żdiedu t-testijiet fuq persuni li qed jirrappurtaw li ma jifilħux minħabba problemi respiratorji.
Dan il-virus feġġ għall-ewwel darba f’Diċembru fil-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina, iżda nstab f’pajjiżi oħra, b’żewġ każijiet ġew irrappurtati fit-Tajlandja, u każ ieħor fil-Ġappun.
Ritratt: EPA