Sitt każijiet ta’ Coronavirus feġġew fost plejers u diriġenti ta’ klabbs tal-Kampjonat Premier Ingliż hekk kif bdew isiru t-testijiet fost il-plejers hekk kif dawn irritornaw għat-taħriġ. Dawn il-każijiet ħarġu minn 748 test li saru fl-aħħar jiem.
L-identità tal-persuni pożittivi ma ġietx żvelata.
It-Tnejn il-plejers bdew jitħarrġu fi gruppi żgħar hekk kif il-Premier League Ingliż qiegħed jipponta li jkompli bil-logħob għall-ħabta ta’ nofs Ġunju.
Qabel ma jsir it-test l-ebda plejer ma jista’ jidħol għat-taħriġ. Dan filwaqt li kull klabb Ingliż issottometta 40 persuna – bejn plejers u staff – għat-test.
Il-kampjonat Ingliż kien wieħed minn tal-aħħar li twaqqaf minħabba l-imxija tal-Covid-19, wara diversi plejers u diriġenti tal-klabbs fosthom l-attakkant ta’ Chelsea Callum Hodson-Odoi u l-maniġer ta’ Arsenal Mikel Arteta ttestjaw pożittiv għal dan il-virus.