Fl-aħħar sigħat feġġew 218-il każ ta’ Coronavirus minn fost 4,188 test.
Dan ifisser li 94.8% tat-testijiet li saru ġew negattivi, u 5.2% ġew pożittivi.
Sa issa fiċ-ċentri tal-ittestjar f’pajjiżna saru 1,025,989 test.
Mindu beda jingħata l-vaċċin kontra l-Covid-19, ingħataw 711,973 doża. Minnhom, 375,090 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 352,523 persuna huma kompletament imlaqqma kontra l-Covid-19.
Intant, fl-aħħar erbgħa u għoxrin siegħa ma kienu rrappurtati l-ebda mwiet b’rabta mal-Covid-19.