ikkonfermati 11-il każ ġdid ta’ Coronavirus f’pajjiżna hekk kif fl-aħħar 24 siegħa saru 659 test. Dawn il-każi l-ġodda lkoll ġew trażmessi lokalment. F’konferenza tal-aħbarijiet is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, qalet li dawn il-pazjenti jinsabu fi stat tajjeb ta’ saħħa.
B’kollox f’Malta issa hawn 213-il każ ikkonfermat, li ħarġu minn 9,702 test.
Fost il-każijiet ikkonfermati l-ġimgħa hem tifla ta’ sentejn.
Għandna tifla ta’ sentejn li ma kinitx imsiefra u bdiet bid-deni fit-3 ta’ April. Qed nieħdu ħsieb il-kura tagħha u nagħmlu contact tracing tal-membri tal-familja tagħha.
Maltija ta’ 74 sena li daħlet l-isptar fuq kundizzjoni mhux relatata mal-Covid-19 ukoll ittestjat fil-pożittiv.
Malti ta’ 50 sena u qarib tiegħu ta’ 46 sena wkoll irriżultaw fil-pożittiv. Tfajla ta’ 28 sena u ġuvni ta’ 24 sena, ta nazzjonalita barranija, li t-tnejn jgħixu Malta rriżultaw fil-pożittiv, bl-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jintraċċaw il-persuni li setgħa kellhom kuntatt magħhom u qed isir assessjar fuq il-post tax-xogħol tal-ġuvni. B’Sitt persuni li kienu f’kuntatt dirett magħhom bħalissa qed jinżammu fi kwarantina bħala prekawzjoni.
Ħaddiem tas-saħħa ta’ 31 sena rriżulta fil-pożittiv u bħalissa qed jiġu intraċċati l-persuni li jgħixu miegħu u seta kellhom kuntatt miegħu.
Raġel li jgħix ma’ tliet barranin oħra wkoll ħariġlu l-virus. Il-persuni li jgħixu miegħu qed jinżammu fi kwarnatina filwaqt li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmlu assessjar xiereaq tal-postijiet tax-xogħol tagħhom.
Raġel ta’ 66 sena ttestja fil-pożittiv malli daħal l-isptar għal operazzjoni.
Maltija ta’ 40 sena li ma kinitx qed tmur ix-xogħol ukoll ħarġilha l-virus. Bħalissa qed isir contact tracing fuq qrabatha, u tnejn minnhom diġà rriżultaw fin-negattiv.
Il-Professur Gauci spjegat ukoll li barrani ta’ 26 sena li jgħix fiċ-ċentru l-miftuħ ta’ Ħal Far ittestja fil-pożittiv, iżda m’għandux rabtiet diretti mal-każ li ġie kkonfermat ilbieraħ mill-istess ċentru.
M’għandux rabtiet mal-każ li nnotifkajna lbieraħ imma jgħix fl-istess żona. Dan ġie iżolat u dawk li jgħixu fl-istess żona, jiġifieri 5 persuni oħra, tpoġġew fi kwarantina.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fakkret fl-avviż legali li għadu kif daħal fis-seħħ li jiddikjara stat ta’ Emerġenza fis-Saħħa Pubblika minħabba li f’Malta hawn trażmissjoni lokali tal-virus COVID-19.
Biex il-pożizzjoni ta’ Supretendent tas-Saħħa Pubblika jkollha aktar strumenti li tista’ tuża. Din ġiet dikjarata għax issa għandna trażmissjoni lokali u dan imur lura għal qabel ma beda l-ewwel każ. Dal-miżuri ilhom fis-seħħ sa minn meta kellna l-ewwel każ.