Madwar ħamsin fekruna faqqsu b’suċċess fil-bajja tar-Ramla tal-Mixquqa (Golden Bay) il-lejl li għadda.
Fi stqarrija l-ERA qalet li flimkien mal-aġenzija Nature Trust u bosta voluntiera baqgħu fuq iż-żona sabiex jiżguraw li ma jkunx hemm l-ebda periklu għal dawn il-fkieren u anke biex jigwidawhom b’mod sigur lejn il-bajja.
S’issa fl-aħħar ġimgħat telgħu fil-bajjiet f’Malta u Għawdex 4 fkieren ibidu l-bajd.
F’Ġunju li għadda l-Fekruna komuni tat-tip Carretta Carretta, li hija meqjusa bħala speċi tal-baħar fil-periklu li tgħib mid-dinja u li hija protetta kif ukoll minn leġislazzjonijiet lokali u internazzjonali, dehret tiela’ fuq ix-xtajta u wara li mxiet xi metri biedet numru ta’ bajd.