L-għaqda Nature Trust ħabbret li kmieni t-Tnejn filgħodu faqqsu 11-il fekruna oħra fil-bajja tar-Ramla l-Ħamra.
Dawn il-fkieren faqqsu lejl wara li mas-62 fekruna faqqsu fl-istess bajja, fil-Gżira tat-Tliet Għoljiet.
Din hija l-ewwel każ ta’ bejta tal-fkieren f’Għawdex f’70 sena.
F’din il-bajja hemm moniteraġġ kontinwu ta’ din il-bejta. Dan sar permezz ta’ ħidma tal-volontiera, tal-Uffiċjali tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, l-ERA u anke ħidma mill-Ministru għal Għawdex.
Bħalissa hemm bejta tal-fkieren fil-Bajja tal-Mixquqa u oħra fil-Bajja tal-Għadira.
https://www.one.com.mt/2020/08/02/kmieni-dalghodu-faqqsu-62-fekruna-fir-ramla-l-hamra/