Fallew il-pjanijiet ta’ Mustapha Adib sabiex jifforma Gvern fil-Libanu.
Is-siti internazzjonali irrapurtaw li Adib ma ta l-ebda informazzjoni għaliex ħesrem iddeċċieda li jabbanduna kull pjan sabiex il-Libanu jkollu Gvern ġdid immexxi minnu.
Bħalissa l-Libanu jinsab fi kriżi finanzjarja enormi.
Dan l-inkwiet politiku beda propju wara l-isplużżjoni kbira li seħħet f’Beirut fl-erbgħa t’Awwissu li għadda u li ħalliet minn tal-inqas mija u disgħin persuna mejta u sitt elef midruba.
Il-Gvern preċedenti kien irreżenja wara rabja kbira miċ-ċittadini għal din l-isplużżjoni.