Falla t-tieni attentat tan-NASA biex itella’ rokit fuq il-qamar, kawża ta’ ħruġ ta’ fjuwil.
L-inġiniera qalu kif ix-xogħlijiet meħtieġa ma jistgħux isiru fuq il-post u għalhekk ir-rokit irid jitneħħa minn fuq l-istazzjon mnejn kien se jitlaq.
Dan il-proċess se jieħu bosta ġimgħat u t-tielet attentat min-NASA biex ittella’ rokit fil-qamar mistenni jkun f’nofs Ottobru.
Dan ir-rokit huwa l-aktar wieħed b’saħħtu li qatt ġie żviluppat minn din l-Aġenzija Spazjali Amerikana, u ġie ddisinjat apposta biex jibgħat astronawt fuq il-qamar wara nuqqas ta’ ħamsin sena.