Diversi familjari tal-vittmi, nġabru fil-belt ta’ New York it-Tnejn, sabiex jikkommemoraw il-memorja tal-familjari tagħhom, li tilfu ħajjithom fl-attakk terroristiku mdemmi, magħruf bħala 9/11, fejn kważi 3,000 persuna tilfu ħajjithom.
Kienu bosta li libsu flokkijiet jew ġarru kartelluni bl-uċuħ ta’ xi vittma.
Dan filwaqt li ħafna familjari kkomemoraw il-memorja tal-għeżież tagħhom permezz ta’ fjuri u bnadar.
Il-familji kienu akkumpanjati minn diversi politiċi, fil-post fejn seħħ l-attakk, magħruf bħala ground zero, fosthom il-Viċi President Kamala Harris, u l-Gvernatur Ron DeSantis li qed jikkontesta għan-nominazzjoni Repubblikana għall-elezzjoni Presidenzjali.
L-iżgħar persuna li tilfet ħajjitha f’dan l-attakk kienet, Christine Lee Hanson, li kellha biss sentejn, u kien abbord it-titjira sabiex tmur Disneyland.
Ritratt: The New York Times