Fil-Belt Valletta numru ta’ persuni attendew għal quddiesa kkonċelebrata mill-Arċisqof Charles J. Scicluna biex tfakkar is-sitt xhur mill-qtil tal-blogger Daphne Caruana Galiza. Fl-omelija tiegħu huwa qal li huwa faċli li wieħed jaqa’ fix-xibka tal-korruzzjoni.
Il-quddiesa kienet segwita minn vġili ta’ talb li bdiet minn quddiem il-Monument tal-Assedju l-Kbir u li fiha ħadu sehem numru ta’ politiċi mill-Partit Nazzjonalsita li jappoġġjaw lill-ex kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Intant persuni li attendew għall-vġili ma naqsux milli jgħamlu xeni oxxeni fil-konfront tal-camera person ta’ ONE News li kien waqt xogħol.