Il-Professur Andrew Azzopardi kellu kliem ta’ tifħir għal mod ta’ kif il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela mexxa lil pajjiżna mindu ħa t-tmun tal-pajjiż fuq suġġetti lil hinn mill-pandemija.
Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università, kiteb dan fil-ġurnal The Malta Independent waqt li aċċenna għall-mixja tal-Partit Laburista mill-2013 lil hawn.
Il-Professur Azzopardi qal li fuq l-oqsma tal-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt, il-Prim Ministru Robert Abela ħa deċiżjonijiet tajbin.
“Il-Prim Ministru Robert Abela għandu triq għat-telgħa quddiemu madankollu nħoss li huwa mmarka l-Uffiċċju tal-Prim Ministru b’deċiżjonijiet importanti li qed jaġġornaw l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna.”
Hawnhekk huwa aċċenna għall-ħatra tal-Kummissarju ta’ Pulizija wara sejħa pubblika, il-mod ta’ kif kienu jiġu maħtura l-Maġistrati u l-Imħallfin u fuq il-poteri tal-Prim Ministru.
Tenna li l-progress li qed isir qed jiġi nnutat.