Il-Ħamis filgħaxija għexieren ta’ persuni fakkru lil George Floyd b’ mument ta’ silenzju li dam għaddej tmien minuti u 46 sekonda, l-istess ammont ta’ ħin li Floyd allegatament dam mal-art fil-kontroll tal-pulizija f’Minneapolis.
Il-miġemgħa kienet indirizzata wkoll minn attivist għad-Drittijiet Ċivili, fejn indirizza lil dawk li għandhom mibgħeda razzjali biex jieqfu jirfsu fuq għonq il-minoritajiet.