Raġel Awstraljan ingħata sentenza ta’ 22 sena ħabs wara li għal 61 darba abbuża mit-tifla tiegħu filwaqt li ipparteċipa u assista f’atti sesswali li hu kien iġiegħel lil bintu tagħmel ma’ irġiel oħra. Dawn l-abbużi saru bejn is-sena 2013 u 2015, jiġifieri għal-sentejn sħaħ li matulhom it-tifla kellha l-eta’ ta’ bejn ħdax u tlettax-il sena.
Din it-tifla kienet tgħix ma missierha wara li l-ġenituri tagħha isseparaw.
Dan il-missier ta’ 42 sena mhux talli abbuża minn bintu hu, talli irranġa biex sitt irġiel oħra jkunu jistgħu jabbużaw minnha wkoll.
Wieħed jaħseb li dan ir-raġel iddispjaċiħ ta’ dak li għamel, iżda dan ma kienx il-każ, hekk kif fil-Qorti ta’ Perth huwa qal il-kliem: “it was fun while it lasted.”
Gazzetta Awstraljana spjegat kif f’wieħed mill-każi ta’ abbużi, l-missier flimkien ma raġel ieħor libsu lit-tifla ta’ ħdax-il sena kullar tal-klieb u rabtuha mas-sodda biex ikunu jistgħu jabbużaw minnha. It-tifla instemat tgħid “Ieqaf jekk jogħġbok,papa’, ieqaf”
Il-prosekutur iddeskriva dan il-każ bħala wieħed mill-agħar ta’ dan it-tip.
Ir-raġel Awstraljan ingħata 22 sena ħabs filwaqt li raġel ieħor li kien involut kien propju qassis u ngħata sentenza ta’ 10 snin ħabs, Novembru li għadda.