Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li Simon Busuttil sar estrem. Wara li attakka lill-eks-Imħallef Philip Sciberras, lill-avukat Dr Frank Testa issa kien imiss lill-avukat rispettat Dr John Vassallo li jiġi mhedded bi tkeċċija.
Din l-attitudni, kif qed issir fuq il-Kummissarju tal-Pulizija hija maħsuba biex tintimida u tikkundizzjona inkjesta indipendenti skont l-Att tal-Inkjesti, qal dan il-PL
L-istqarrija sostniet li l-Kap tal-Oppożizzjoni jrid jifhem li l-pajjiż ma jimxix skont ma jrid hu u hu biss. Dan huwa pajjiż demokratiku u l-intimidazzjoni politika tiegħu hija waħda li turi li Busuttil jipprova jivvendika ruħu minn min jaħseb li ma jaqbilx miegħu jew agħar minn hekk, ma’ min lest jaħdem ma’ dan il-Gvern.