Kien biss ftit jiem ilu li ġinnasta Franċiż kiser saqajh bl-ikrah waqt li kien qed jipparteċipa fl-Olimpjadi ta’ Rio.
Jidher li dan ma kienx l-unika inċident ikrah matul dawn l-olimpjadi dan hekk kif l-atleta Armen, Andranik Karapetyan, għadda minn agunija wara li weġġa’ gravi meta kien qed jikkompeti fil-weightlifting ta’ 195kg.
Karapetyan, waqt li prova jerfa’ l-bar b’piż ta’ 195 kilo sofra minn feriment fil-minkeb. Andranik huwa ċ-ċampjin Ewropew tal- 77 kilo fil-weightlifting u għandu biss 20 sena. Tim mediku assista lill-isportiv li deher emozzjonat u diżappuntat wara dan l-inċident sfortunat.