Jekk forsi għamilt it-test tal-karozza u m’għaddejtx għal diversi drabi, taqtax qalbek. Huma biss 30% ta’ dawk li jpoġġu għat-test li jgħaddu mal-ewwel darba. Jekk int wieħed minnhom, il-possibilità hi li int raġel, għaliex l-irġiel huma magħrufa li jgħaddu minn dan it-test iktar min-nisa.