Maia u Rina Dee huma ż-żewġ aħwa li nqatlu fi sparatura fil-West Bank jumejn ilu, waqt li kienu qed isuqu.
Huma kellhom biss għoxrin u ħmistax-il sena u huma tnejn mid-diversi vittmi ta’ tensjonijiet li qed jgħollu rashom fl-Iżrael u l-artijiet ta’ madwarha.
Fl-istess jum li nqatlu, turist Taljan inqatel u seba’ persuni oħra ndarbu wara attakk f’Tel Aviv.
Dawn l-attakki huma maħsuba li huma rispons għal attakki mill-Iżrael permezz ta’ ajruplani, li seħħew fil-Lebanon u f’Gaza, fejn fil-mira tagħhom kien hemm militanti mill-grupp Hamas.
It-tensjonijiet ma jidrux li se jieqfu ħabta w sabta, minkejja ż-żmien ta’ festi li qed jiġu ċċelebrati minn reliġjonijiet differenti fl-art imqaddsa.