Ħidma konġunta kkordinata minn Taskforce tal-Europol bejn sitta u għoxrin pajjiż u l-Interpol, bis-sehem tal-Pulizija Maltija, wasslet biex jiġu identifikati tmintax-il tifel u tifla u ġew arrestati żewġ aggressuri.
L-għan ta’ din it-Taskforce huwa li tidentifika vittmi u delinkwenti murija f’materjal ta’ abbuż sesswali tat-tfal.
Fl-aħħar ġimgħat, esperti minn kull pajjiż, inkluż mit-Taqsima tas-Cyber Crime tal-Pulizija Maltija, raw mal-ħames mija u tmenin sett ta’ ritratti u filmati li juru vittmi mhux magħrufa ta’ abbuż sesswali tat-tfal.
Dawn l-esperti kienu appoġġjati minn speċjalisti tal-Europol li jaħdmu fil-qasam tal-ġlieda kontra l-isfruttament sesswali tat-tfal.
Mill-elfejn u erbatax sa issa, mitejn u disgħin speċjalista minn aktar minn ħamsa u tletin pajjiż ħadu sehem f’din l-attività operattiva.
Fl-istess operazzjonijiet ġew issalvagwardjati aktar minn ħames mija u tlieta u tletin tifel u tifla, u arrrestati mija u tnejn u tmenin aggressur.