Il-Pulizija ta’ New York identifikat raġel ta’ 62 sena bħala person of interest fil-każ li seħħ ibieraħ fi Brookly, New York; għalhekk, il-pulzija s’issa mhux qed tikkunsidrah bħala suspettat, iżda temmen li għandu informazzjoni relatata ma’ dan ir-reat li ħalla aktar minn 20 persuna midruba.
Il-Pulizija waslet għal dan hekk kif fuq il-post instabet ċavetta ta’ vann li huwa marbut mal-isparatura, u li kien mikri fuq isem ir-raġel.
Madanakollu, il-pulizija ta’ New York għadha qed tistabilixxi jekk ir-raġel għandux xi konnessjoni mal-isparatura li seħħet fi stazzjon tal-ferrovija.
F’konferenza tal-aħbarijiet il-pulizija qalet ukoll li ġew sparati minn tal-inqas 33 tir, li minnhom intlaqtu sebat irġiel u tliet nisa. 13-il persuna oħra sofrew ġrieħi oħra kawża tal-paniku li nqala. Jidher li b’xorti t-tajba l-vittmi jinsabu f’qagħda stabbli.