Testijiet xjentifiċi ikkonfermaw min hu missier it-tarbija Cristiano, li nstab abbandunat f’Buġibba f’Settembru li għadda.
Dan żvelatu l-gazzetta Kullħadd, li żiedet tgħid li dawn l-istess testijiet xjentifiċi kkonfermaw il-verżjoni li tat l-omm dwar l-identità ta’ missier binha. Imkejjen qrib l-investigazzjoni kkonfermaw mal-gazzetta li t-tifel sab ruħu fl-għożża tas-sorijiet tal-ursolini, u li l-omm bdiet tirkupra mit-trawma li għaddiet minnha u fetħet qalbha dwar dak li għaddiet minnu.
Cristiano ħasad lil pajjiżna meta lejlet Jum il-Vitorja nstab fuq għatba ta’ blokka appartamenti f’Buġibba. Minnufih skattaw l-investigazzjonijiet mill-Maġistrat Joe Mifsud, li tah l-isem Cristiano bħala turija ta’ fiduċja li ċ-ċkejken se jkollu ħajja ta’ suċċess, eżatt bħall-istilla tal-futbol Cristiano Ronaldo.
Fil-jiem qabel mat-tifel ittieħed lis-sorijiet tal-ursolini, l-Għassa tal-Pulizija tal-Qawra kienet invażata b’donazzjonijiet ta’ ħwejjeġ u ġugarelli li t-tarbija tista’ tgawdi.
Turija ċara li dan iċ-ċkejken li seraq il-qlub tal-Maltin u l-Għawdxin fl-ewwel ta’ ħajtu se jkollu trobbija mimlija hena u mħabba.