Minn rapporti ppubblikati minn mezzi oħra jidher li ż-żagħżugħ li nstab mejjet ilbieraħ fil-limiti ta’ Wied Blandun, fil-Fgura, huwa Keith Falzon. Iż-żagħżugħ għandu 28 sena u kien jgħix f’San Ġwann.
Il-katavru tal-vittma, li kien irrappurtat nieqes xi jiem ilu, instab fl-għelieqi fil-grawnd tal-futbol li hemm fil-limiti. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għall-mewt tiegħu bir-riżultati tal-awtopsja mistennija joħroġu fil-jiem li ġejjin.