Fabio Soto hu ż-żagħżugħ li lbieraħ filgħodu nstab mejjet fil-baħar f’Delimara.
Soto li kellu 17-il sena kien plejer tal-futbol mat-tim Spanjol Coruxo f’Viga. Kien proprju lbieraħ filgħaxija li t-tim tal-futbol esprima d-dispjaċir b’rabta mal-aħbar tat-telfa ta’ ħabib tal-qalb u plejer b’talent kbir.
Soto għeb it-Tlieta filgħaxija wara li qabeż il-baħar fejn membri tal-Pulizija mis-sezzjoni tar-Rapid Intervention Unit flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bdew it-tfittxija fiż-żona magħrufa bħala St. Peter’s Pool. Kien l-Erbgħa filgħodu li l-katavru ta’ Soto nstab fil-baħar f’Delimara.
Intant l-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar il-każ għadha għaddejja.
Dolor, rabia, tristeza, impotencia. Falleció Fabio Soto, jugador juvenil del @CoruxoFC1, con 17 años. Estando de vacaciones en Malta, se precipitó por un barranco y cayó al mar. Descanse en Paz. Siempre en nuestros corazones. Noticia Ampliada >> https://t.co/G7BfUP6Ylt pic.twitter.com/HJodvVoQ3k
— CoruxoFC1 (@CoruxoFC1) July 4, 2018