Ahamed Aathil Mohamed Samsudeen mis-Sri Lanka ta’ 32 sena huwa r-raġel li nhar il-Ġimgħa li għadda daħal fi stabbiliment tal-ikel u ta daqqiet ta’ sikkina lil seba’ persuni f’New Zealand.
Il-midja internazzjonali qed tirrapporta li Samsudeen daħal f’dan il-pajjiż bħala immigrant għaxar snin ilu.
Is-suspettat li nqatel 60 sekonda biss wara l-attakk, kien ilu segwit mill-pulizija ta’ New Zealand.
Dan wara li fl-2016, kien beda juri sapport lejn l-attakki terroristiċi fuq il-midja soċjali.
Fl-2017 kien ġie arrestat wara li fl-Ajruport ta’ New Zealand kien instab fil-pussess ta’ sikkina meta kien sejjer lejn is-Sirja.
Sena wara huwa kien reġa’ ġie arrestat wara li għandu nstabu filmati tal-ISIS.
Fl-aħħar żmien, il-Qorti f’New Zealand kienet ħelsitu mill-arrest sabiex ikun jista’ jirriabiltà ruħu u talbet ukoll li jkun mgħasses mill-pulizija.