Uffiċjali Kandiżi identifikaw lis-suspettat tal-isparatura li seħħet il-Ħadd f’Toronto bħala Faisal Hussain ta’ disgħa u għoxrin sena.
L-Ontario Special Investigations Unit qalet li ħabbret ismu minħabba ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-inċident traġiku.
Tifla ta’ għaxar snin u tfajla ta’ tmintax-il sena mietu wara li l-aggressur fetaħ in-nar fi triq bieżla fid-distrett Greektown f’Toronto.
Tlettax oħra sfaw feruti.
L-Ontario Special Investigations Unit, li teżamina każijiet li jkunu jinvolvu lill-pulizija u jirriżultaw f’imwiet, qalet li eżami fuq is-suspettat aggressur huwa skedat għal jum tat-Tlieta.