Investigazzjonijiet li wettqu l-Pulizija wasslu biex ġie identifikat r-raġel li nstab mejjet f’latrina f’Ħal Lija.
Il-persuna ġiet indentifikata bħala raġel ta’ 42 sena minn Birkirkara.
Ir-raġel instab il-Ħamis għall-ħabta tas-sitta u kwart ta’ filgħodu meta l-pulizija ġiet infurmata li kien hemm persuna mitlufa minn sensiha f’latrina pubblika f’Misraħ it-Trasfigurazzjoni f’Ħal Lija.
Il-pulizija marret mill-ewwel fuq il-post u sabet persuna bla ħajja.
L-Inkjesta Maġisterjali u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.