Ir-raġel li tilef ħajtu fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa ġie identifikat bħala Ġanni Zammit il-Baġis.
Lil Ġanni ddiskrivewh ħafna bħala raġel simpatiku u ħafna jiftakruh isuq tal-linja. Mentri l-Qriema jiftakruh ħafna bħala devot kbir ta’ San Ġorġ. Filfatt ilbieraħ kien qiegħed jiċċelebra x-xalata tal-festa.
Il-każ seħħ għal ħabta tat-3:20 tat-Tnejn waranofsinhar. Hu mifhum li r-raġel ingħata l-ewwel għajnuna minn persuni li kienu preżenti fuq il-bajja, li tellgħuh mill-ilma.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet.
http://www.one.com.mt/2019/07/01/ragel-isib-ruhu-fdiffikulta-waqt-li-kien-qed-jghum-fbirzebbuga-3/