Wara l-post li saret fuq is-sit soċjali facebook, dwar posta li nstabet fuq l-irdum ta’ Ħad Dingli li fost oħrajn kienet tinkludi dokumenti tal-isptar, ittri tal-bank kif ukoll posta oħra, il-Kunsill ta’ Ħad Dingli ħa azzjoni biex jara x’kien dan il-każ.
L-għassa tar-Rabat ikkonfermat li l-persuna li waddbet dawn l-ittri ġiet identifikata filwaqt li l-Kunsill kkundanna dan l-għaġir irresponsabbli u rringrazzja lil Pulizija li għenu f’dan il-każ.