Il-Pulizija identifikat il-katavru li lbieraħ ittella’ mill-baħar minn Xrobb l-Għaġin f’Delimara, fil-limiti tal-Marsaxlokk.
Jirriżulta li l-vittma hija mara ta’ disgħa u tletin sena minn Ħal Tarxien.
Il-każ seħħ ilbieraħ filgħodu, meta l-Pulizija ġiet infurmata li ntlemaħ katavru fil-baħar, li eventwalment ittella’ b’ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta.
L-ewwel investigazzjonijiet urew li l-ġisem kien ta’ mara li kienet liebsa ħwejjeġ sportivi.
Dwar il-każ għaddejja inkjesta Maġisterjali, u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.