Fil-Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera, is-Sibt mill-għaxra ta’ filgħodu sal-erbgħa ta’ wara nofsinhar se tkun qed tittella’ attività ta’ divertiment għall-familja kollha b’diversi logħob li jolqtu lit-tfal, realtà virtwali, crafts, face painting, u puppet show bis-sehem ta’ Maggie il-maskot u sħabha bit-tema ta’ Saving Our Blue.
Se jkun hemm bankarelli b’informazzjoni utli li jinkludi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir.
Marija Vella li hija Manager fi ħdan il-Ministeru tal-Ambjent stqarret ma’ One News, dak li wieħed jistenna għada.
“Għada ħa jkun hawn attività għall-familja kollha. Se jkun hawn logħob għat-tfal, kant, ikel u xorb, tuff trays u face painting. Ħa jkun hawn r-realtà virtwalili ħa tkun b’xejn għall-kulħadd. Se jkun hawn Dan u San bħala preżentatur, u diversi stalls bħal Project Green, ERA, Ambjent Malta u l-Wasteserv.”
Il-Manager Marija Vella
Joe Mike, Lydon, Ike u Kaya, Emma Farrugia u Fonzu l-Fenek se jkunu qed joffru divertiment lil dawk preżenti.
Din l-attività tagħmel parti minn kullana ta’ attivitajiet oħrajn organizzati mill-Ministeri u entitajiet governattivi oħrajn li se jkunu qed jittellgħu matul April, kull tmiem il-ġimgħa.