Il-Partit Laburista approva emendi fl-istatut dwar dik li issa saret IDEAT, fi proċess ta’ tiġdid f’din il-fergħa li l-għan tagħha hu li tiddiskuti suġġetti biex tagħti ideat lill-istess partit.
Dwar dan, ONE News tkellem maċ-Chairperson ta’ IDEAT, Elaine Degiorgio Vella.
“Il-Partit Laburista approva emendi fl-istatut tiegħu stess li jagħtu direzzjoni dwar IDEAT, li hi t-think-tank fi ħdanu li toħloq, tiġġenera u tixpruna diskussjonijiet differenti biex b’hekk toffri lill-Partit Laburista dawk il-ħsibijiet innovattivi li forsi jkunu qegħdin jolqtu lis-soċjetà, f’dak iż-żmien partikolari.”
Hi tenniet li s-sabiħ ta’ din l-għaqda fi ħdan il-Partit Laburista hu li tilqa’ fiha nies ta’ kull età.
Iċ-Chairperspon tal-IDEAT sostniet dwar l-indipendenza li għandha din l-għaqda.
“Tajjeb li nsemmu li l-indipendenza tal-IDEAT għadha hemmhekk, fis-sens li għadha parti naturalment mill-Partit Laburista, dik l-indipendenza li dejjem sostna fuqha l-Partit, li toħloq u tiddiskuti ċerti diskussjonijiet li, minkejja li huma ftit diffiċli, jiġu diskussi, però l-IDEAT qegħda hemmhekk biex tieħu dan ir-rwol f’idejha.”